Atletico Madrid irrifjutaw offerta ta’ £110 miljuni mingħand Manchester United għall-midfielder internazzjonali Portugiż, Joao Felix.
Dan minħabba li dan il-player ta’ 22 sena għandu klawsola ta’ £295 miljuni u għaldaqstant il-club mhux se jbiegħu b’inqas minn din iċ-ċifra.
Bħalissa r-Red Devils qed jinnegozjaw ma’ bosta clubs fit-tenattiv li jiffirmaw xi ħadd minn dawn il-players – Marko Arnautovic, Mauro Icardi, Jamie Vardy, Matheus Cunha and Pierre-Emerick Aubameyang u Alvaro Morata.