Friday, December 20, 2024

Offerti għall-Istudenti li jissieħbu fil-BOV Club 2021

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta għadu kemm nieda l-BOV Club 2021, pakkett ta’ servizzi finanzjarji ddisinjat speċifikament għall-istudenti li se jibdew l-edukazzjoni sekondarja jew terzjarja tagħhom.

Membri ġodda tal-BOV Club se jingħataw €50 fi flus depożitati direttament fil-BOV Savings Account ġdid tagħhom li jitħaddem b’mod onljan f’kull ħin u f’kull post. 

Il-membri tal-BOV Club jibbenefikaw ukoll minn:

  • Stipendju li jidħol fil-kont dirett bla ħlas 
  • Notifika bl-SMS hekk kif l-istipendju jiġi kkreditat fil-kont
  • Contactless BOV Cashlink jew BOV Cashlink Pay biex tixtri lokalment, online u barra minn Malta
  • BOV Mobile Banking
  • BOV Internet Banking
  • Mezzi ta’ ħlas Contactless mill-BOV Pay App, mill-Apple Wallet jew minn Garmin Pay permezz tal-ismartphones jew arloġġi
  • Self għall-istudenti b’rati speċjali inkluż kopertura tal-ħajja bla ħlas
  • L-ebda ħlas annwali fl-ewwel sena għall-card holder ewlieni meta tapplika għal Visa Classic card
  • Skont fuq ħlas bil-quddiem meta tapplika għal Pjan ta’ Investiment fix-xahar

Biex tissieħeb mal-BOV Club huwa faċli immens. L-istudenti jistgħu sempliċement jimlew din il-formola https://bov.com/OnlineApplication.aspx, iċemplu fuq 2131 2020 jew jibagħtu email fuq [email protected] biex jingħataw appuntament mal-fergħa li jippreferu. 

Din l-offerta hija valida sal-31 ta’ Ottubru 2021 u l-ewwel stipendju għandu jkun ikkreditat fil-kont tal-BOV sal-31 ta’ Jannar 2022. Aktar informazzjoni u termini u kundizzjonijiet huma disponibbli fuq https://www.bov.com/content/student-package.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c hija intermedjarju tal-assigurazzjoni marbut reġistrat ta’ Mapfre MSV Life p.l.c. Mapfre MSV Life hija awtorizzata mill-MFSA biex toffri negozju fit-tul tal-assigurazzjoni skont l-Att dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni (Kap.403 tal-Liġijiet ta’ Malta). Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex twettaq in-negozju tas-servizzi bankarji u ta’ investiment skont l-Atti tas-Servizzi Bankarji u ta’ Investiment (Kap.370, 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).

Ekonomija

Sport