Sunday, November 24, 2024

Oħt Christian Pandolfino bi kliem ta’ tifħir għax-xogħol tal-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom fil-qtil ta’ ħuha

Aqra wkoll

Oħt Christian Pandolfino, wieħed mill-vittmi tal-qtil doppju f’Tas-Sliema, kellha kliem ta’ tifħir fil-konfront tal-Korp tal-Pulizija għax-xogħol li wettqu li wassal biex jiġu arrestati l-persuni suspettati bil-qtil.

Christian Pandolfino, flimkien mas-sieħeb tiegħu, Ivor Maciejowski, inqatel fid-dar tiegħu f’Tas-Sliema nhar it-18 ta’ Awwissu li għadda.

Huwa ntlaqat minn ħames tiri ta’ arma tan-nar fil-bieb tad-dar tiegħu. Maciejowski nqatel b’tir f’rasu fit-taraġ, bil-Pulizija jemmnu li huwa kien nieżel isfel hekk kif sema’ l-isparatura.

S’issa b’rabta ma’ dan il-każ ġew mixlijin Daniel Muka, raġel Albaniż li kien magħruf mal-Pulizija, u Viktor Dragomanski, raġel mill-Maċedonja ta’ Fuq.

It-tielet suspettat involut f’dan il-qtil doppju ġie arrestat f’lukanda fil-belt ta’ Cadiz fi Spanja wara li nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew.

Sport