Sunday, November 3, 2024

Olandiż jinżamm arrestat b’rabta ma’ importazzjoni ta’ kokaina u eroina

Aqra wkoll

Olandiż ta’ 42 sena ġie arrestat b’rabta ma’ importazzjoni u traffikar ta’ disa’ kilos droga kokaina u eroina, bil-valur fis-suq hu stmat li jlaħħaq madwar €1.5 miljun.

Ir-raġel kien arrestat wara xhur ta’ osservazzjoni u investigazzjoni mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga, fuq suspett li kien qiegħed idaħħal id-droga f’Malta u li kien qed jagħmel użu minn garaxx f’Santa Venera.

Fl-aħħar sigħat, il-Pulizija segwew lir-raġel sakemm twaqqaf f’Ħal Qormi fejn fil-pussess tiegħu nstabu ħames kilos droga suspettata kokaina u erba’ kilos droga suspettata eroina. Wara saret tfittxija fil-garaxx, fejn il-Pulizija sabet madwar €380,000 fi flus kontanti.

Ilum, l-Ispetturi Mark Mercieca u Justine Grech ressqu l-Olandiż il-Oorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca akkużat b’assoċjazzjoni, importazzjoni, traffikar u pussess ta’ droga kif ukoll b’ħasil ta’ flus fost oħrajn.

Huwa wieġeb mhux ħati u nżamm taħt arrest.

Sport