Sunday, November 24, 2024

Olimpjadi: 33 kontinġent b’aktar minn 100 atleta

Aqra wkoll

Meta f’din l-edizzjoni qed jieħdu sehem 10,714-il atleta nsibu xejn inqas minn 33 pajjiż li għandhom iktar minn 100 atleta jiffurmaw il-kontinġenti tagħhom.

Il-Kumutat Olimpiku Nazzjonali li għandu l-ikbar numru ta’ atleti huwa dak tal-Istati Uniti li t-total tagħhom huwa ta’ 592 … 19 iktar mill-organizzaturi Franza li għandhom 573.

Warajhom jiġu l-Awstralja, il-Ġermanja u l-Ġappun b’aktar minn 400 kull wieħed waqt li l-Italja, il-Kanada, iċ-Ċina, il-Gran Britannja u Spanja għandhom fuq it-300 wieħed.

Il-lista sħiħa tal-pajjiżi li għandhom 100 atleta jew aktar f’Pariġi, hija:

Afrika t’Isfel 149; Arġentina 136; Awstralja 460; Belġju 166; Brażil 275; Ċina 388; Danimarka 124; Eġittu 148; Franza 573; Ġappun 403; Ġermanja 428; Greċja 100; Gran Britannja 327; Irlanda 134; Indja 112; Italja 372; Kanada 315; Korea t’Isfel 141; Messiku 107; New Zealand 195; Norveġja 107; Olanda 258; Polonja 211; Rep. Ċeka 112; Rumanja 107; Serbja 112; Spanja 382; Stati Uniti 592; Svezja 117; Svizzera 127; Turkija 102; Ukrajna 140; Ungerija 170.

Sport