Il-leġġendarju tennista Ingliż, Andy Murray, irtira mis-singles Olimpiċi tal-irġiel, huwa qal fi stqarrija. Ir-rebbieħ doppju tal-midalja tad-deheb Olimpika tas-singles qal li xorta se jieħu sehem fid-doubles ma’ sieħbu tat-Team GB, Dan Evans.
“Ħadt id-deċiżjoni li nirtira mis-singles biex nikkonċentra fuq id-doubles ma’ Dan. Il-prattika tagħna kienet kbira u qed nilagħbu tajjeb flimkien,” qal Murray.
Il-player ta’ 37 sena kkonferma aktar kmieni din il-ġimgħa li se jirtira mit-tennis professjonali wara l-Logħob ta’ Pariġi, wara snin ta’ problemi ta’ injury. It-tennista tħabat b’mod partikolari għall-fitness fl-aħħar ġimgħat wara operazzjoni biex titneħħa ċesta fis-sinsla tad-dahar.