Thursday, November 7, 2024

Olimpjadi tax-Xitwa: Problema solvuta bl-eliminazzjoni ta’ Kamila Valieva

Aqra wkoll

Il-problema li setgħet in­ħolqitlu l-Kumitat Olim­piku Internazzjonali li ma jagħmilx il-premjaz­zjoni tal-midalji tal-Wo­men’s Single Skating, Free Skating, ġiet solvuta meta l-iskater Russa, Kamila Valieva, li tinsab mdaħ­ħla fi skandlu tad-doping, spiċċat fir-raba’ post.

Il-midalji tad-deheb u tal-fidda marru għand atleti minn pajjiżha, Anna Shcherbokova b’total ta’ 255.95 punti, u Alexandra Trusova, 251.73 waqt li l-bronż marret għand il-Ġappuniża, Kaori Sakamoto, 233.13. It-total ta’ Valieva kien ta’ 224.09 punti.

Sport