Friday, December 13, 2024

Oliver Scicluna maħtur Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport

Aqra wkoll

Oliver Scicluna nħatar Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur. 

Il-ħatra tidħol fis-seħħ minn nhar l-Erbgħa 18 ta’ Mejju 2022.

Oliver Scicluna għandu esperjenza twila fil-qasam soċjali, hekk kif tul is-snin serva wkoll bħala l-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

Il-Ministru għall-Inklużjoni Julia Farrugia Portelli rringrazzjat lil Ruth Sciberras li serviet f’dan ir-rwol tul it-tliet snin li għaddew u awguratilha għall-proġett ġdid li se tkun fdata fih.

Il-Ministru Farrugia Portelli tħares ’il quddiem għal aktar ħidma mal-Aġenzija Sapport favur Malta aktar inklussiva.

Ekonomija

Sport