Hekk kif Franza rebħu lill-Irlanda bl-iskor ta’ 2-0 mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat Ewropew, aħbarijiet ħżiena għal Didier Deschamps li kellu jbiddel lill-attakkant veteran Olivier Giroud li ħass uġigħ fl-għaksa.
L-attakkant ta’ AC Milan talab sabiex fil-25 minuta jiġi mibdul għax ma setax ikompli jilgħab. Minfloku daħal Marcus Thuram.
Giroud se jkun qed jistrieħ ftit jiem bit-tama li jkun disponibbli għal Milan li se jilagħbu d-derby kontra Inter fi tmiem il-ġimgħa li ġejja.