L-attakkant Olivier Giroud laħaq lil Thierry Henry bħala l-aqwa skorer ta’ Franza ta’ kull żmien … b’total ta’ 51 goals.
Huwa skorja doppjetta fir-rebħa ta’ 4-1 fuq l-Awstralja biex sar ukoll l-ixjeħ players li skorja għal Les Bleus fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.
Filwaqt li Henry lagħab 123 darba għal Franza s’issa Giroud lagħab 115-il partita … u fil-logħbiet li ġejjin jista’ jikser dan ir-rekord.
Giroud ġie nkluż fil-formazzjoni inizjali minħabba li Karim Benzema sofra injury waqt it-taħriġ ftit jiem qabel il-bidu ta’ dan it-tournament bil-konsegwenza li ġie eskluż mill-iskwadra.