Friday, December 27, 2024

Olivier Giroud viċin li jġedded ma’ AC Milan

Aqra wkoll

AC Milan qed jitkellmu mal-aġent tal-attakkant internazzjonali Franċiż Olivier Giroud sabiex dan tal-aħħar iġedded il-kuntratt mar-Rossoneri.

Giroud, li għandu 37 sena, qagħad sew għat-tattika tal-kowċ Stefano Pioli u kemm ilu magħhom mill-2021 hu skorja 28 gowl fi 68 partita.

Giroud kien determinanti sabiex AC Milan rebħu l-kampjonat Taljan wara nuqqas ta’ 11-il sena. Jidher li t-tiġdid tiegħu għandha tkun formalita’ minħabba li jinsab kuntent f’Milan.

Ekonomija

Sport