Hi ħaġa ċerta li l-attakkant veteran Franċiż Olivier Giroud se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ AC Milan wara żewġ staġuni ferm pożittivi. Il-kuntratt tal-eks plejer ta’ Arsenal u Chelsea jiskadi f’Ġunju li ġej iżda d-diriġent Paolo Maldini hu lest li joffrilu ftehim ġdid.
Dan tal-aħħar sostna li bħala plejer Giroud hu fundamentali għat-tim minħabba l-kariżma tiegħu iżda anke l-esperjenza li joffri.
Giroud għandu 36 sena u s’issa lagħab 39 partita mar-Rossoneri filwaqt li skorja 15-il gowl.