Hekk kif Bayern Munich qed isegwu sew il-progress tal-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane, id-diriġenti mill-Bavarja qed jaraw il-possibbilta’ li jekk ma jasalx dan tal-aħħar, iduru fuq skorer prolifiku ieħor li qed jilgħab verament tajjeb ma’ Aston Villa. Dan hu Ollie Watkins li għandu 27 sena u li matul dan l-istaġun qed jispikka ferm mal-Villains bil-gowls li qed jiskorja.
Ir-rappreżentant ta’ Watkins tkellem mal-Bavarjani u mistennija jiltaqgħu darb’oħra hekk kif jispiċċa l-istaġun.