Sunday, December 22, 2024

Olympiakos isiru l-ewwel team Grieg li rebaħ unur Ewropew

Aqra wkoll

Olympiakos …….1

Fiorentina ………0

(wara l-ħin barrani)

Olympiakos saru l-ew­wel team Grieg li rebaħ unur Ewropew meta fil-finali tal-UEFA Conference Lea­gue għelbu lil Fiorentina bl-iskor ta’ 1-0 liema partita marret fil-ħin barrani.

Din il-logħba ma laħqitx l-aspettattivi mixtieqa min­ħabba li wara bidu veloċi, iż-żewġ timijiet għażlu li jikkanċellaw lil xulxin aktar milli jmorru fuq l-offensiva.  

Fl-ewwel sitt minuti, Daniel Podence għal Olympiakos u Andrea Belotti għal Fiorentina setgħu fet­ħu l-iskor. 

Aktar minn hekk, fl-10 minuta, dawn tal-aħħar sa­bu x-xibka iżda l-goal ġie mħassar meta Nikola Mi­len­kovic għeleb lill-goalkeeper, Konstantinos Tzo­lakis, iżda l-iskorer kien f’pożizzjoni ta’ offside. 

Fil-21 minuta, il-Viola setgħu għamlu aħjar meta minn pożizzjoni ideali, Gia­como Bonaventura xxut­tja ferm dgħajjef biex  Tzo­la­kis salva mingħajr wisq tbatija. 

Anke jekk Olympiakos gawdew aktar mill-pussess tal-ballun, Fiorentina kienu aktar perikolużi u f’temp ta’ żewġ minuti, fl-24 u fil-25 minuti, resqu viċin permezz ta’ Belotti, li sab lil Tzo­la­kis jinnewtralizza fil-ħin u minn Nicolas Gonzalez li t-tentattiv tiegħu ġie mblukkat mid-difiża Griega.  

Minuta wara, kien il- goal­keeper ta’ Fiorentina, Pietro Terracciano, li salva d-daqqa ta’ ras ta’ Podence minn azzjoni ta’ corner. 

Fil-41 minuta, l-istess Terracciano  ħareġ minn postu biex antiċipa lill-attakkant avversarju, Ayoub El Kaabi, li iżda spiċċaw it-tnejn mal-art u b’xorti taj­ba ħadd minnhom ma weġġa’. 

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, iż-żewġ timijiet ippruvaw joħorġu fuq l-offensiva jfittxu dak il-goal importanti … u fis-56 minuta, Fiorentina qabdu fuq sieq lid-difiża avversarja mill-free-kick ta’ Cristiano Biraghi iżda l-periklu ġie kklerjat fil-ħin. 

Fit-68 minuta, Christian Kouame naqas li jiftaħ l-iskor għat-Taljani meta mill-pass ta’ Dodo, ma għa­milx kuntatt mal-ballun biex il-goalkeeper Tzo­la­kis salva fil-pront. 

Fil-75 minuta, il-midfielder ta’ Olympiakos,Vicente Iborra, ra d-daqqa ta’ ras tintemm ftit barra  … u wara din l-azzjoni ż-żewġ goalkeepers rari kienu mpenjati biex il-logħba intemmet fi draw u kellu jingħata l-ħin barrani.  

Fl-94 minuta, il-Griegi appellaw għal penalty meta l-ballun deher jagħmel kuntatt minimu ma’ id Antonin Barak iżda kien kollox normali għall-uffiċjal tal-logħba. 

Fil-110 minuta, Tzolakis kien providenzjali għall- Griegi meta salva x-xutt ta’ Jonathan Iko­ne. 

Fil-116-il minuta, Olympiakos skorjaw il-goal li tahom it-tazza meta Ayoub El Kaabi kkonkluda bir-ras mill-cross ta’ Santiago Hezze.

Ekonomija

Sport