Omm Adrien Rabiot ċaħdet li binha ffirma xi forma ta’ tiġdid fil-kuntratt mal-klabb tiegħu Juventus. Fil-fatt Veronique Rabiot li hi wkoll l-aġent tiegħu. sostniet li l-mezzi tax-xandir Taljani qed jigdbu meta jgħidu li Adrien ffirma xi ftehim biex ikompli l-avventura mal-Bianconeri.
Hi qalet li binha għadu ma jafx x’se jagħmel u qed itella’ u jniżżel l-aħjar għall-ġejjieni tiegħu.
Rabiot ilu ma’ Juventus sa mis-sena 2019.