Omm tinsab il-ħabs b’rabta mal-qtil ta’ binha wara li allegatament imliet il-bottle ta’ binha li kellu biss xahrejn bl-alkoħol.
Midja internazzjonali rrapurtat li skont ir-rekords tal-ħabs, l-omm Omayrilin Colon ta’ 37 sena intenzjonalment tat lil binha l-alkoħol b’intenzjoni u bil-konsegwenza li sfortunatament it-tarbija tilfet ħajjitha.
Jirriżulta li dakinhar li seħħ il-każ, il-Pulziija rċeviet telefonata anonima u meta marru fuq il-post, l-omm ma bdietx tiftħilhom. Jirriżulta li meta l-ekwipaġġ tal-emerġenza ħadu lit-tifel ħdejn l-iktar sptar filqrib, dan laħaq miet fl-ambulanza.

