Saturday, December 21, 2024

Omm arrestata wara li tefgħet lil bintha ta’ tliet snin f’gaġġa ta’ ors f’żoo fl-Użbekistan

Aqra wkoll

Omm ġiet arrestata wara li tefgħet lit-tifla ta’ tliet snin minn għoli ta’ 16-il pied f’gaġġa ta’ ors f’żoo fl-Użbekistan

Il-ħaddiema taż-żoo u l-persuni li kienu jinsabu fuq il-post ħarsu b’orrur u biża’ hekk kif l-annimali enormi mar qrib it-tifla, iżda b’xorti t-tajba huwa ma attakkax liċ-ċkejkna.

L-ors, li jismu Zuzu, mar mill-qrib u xamm lit-tifla ċkejkna, iżda mbagħad telaq, u l-ħaddiema malajr ħadu azzjoni biex jattiraw lill-ors biex imur f’parti interna tal-gaġġa biex b’hekk huma jkunu jistgħu jsalvaw lit-tifla.

Skont rapporti, l-omm issa qed taffaċċja l-akkuża ta’ attentat ta’ qtil u taffaċċja minimu ta’ 15-il sena ħabs.

Kelliem għaż-żoo qal li x-xhieda fuq il-post pruvaw iwaqqfuha milli titfa lit-tifla iżda fallew. Filwaqt li qal li mara żagħżugħa tefgħet lit-tifla quddiem l-għajnejn tal-viżitaturi, qal li ma kienx ċar il-motiv tagħha.

It-tifla sofriet xi ġrieħi peress li waqgħet minn għoli fosthom ġrieħi f’rasha u tbenġil iżda ntqal kif ma kienx hemm traċċa ta’ ġrieħi minn ħalq jew id-dwiefer tal-ors. Hija kienet qed issofri wkoll minn xokk ħafif.

Ekonomija

Sport