Marret l-għassa u għaffġet ir-rapport tal-Pulizija u tefgħetulha f’wiċċha. Imblukkat lil eks raġel tagħha fi sqaq bil-karozza bit-tifel iż-żgħir jibda jgħid lill-Pulizija fuq il-post li jekk se jħalluh ma’ ommu kien se jitgħallaq.
F’każ li jurk l-effett li l-kwistjonijiet ta’ separazzjonijiet u tensjonijiet bejn il-koppji jkollhom fuq it-tfal, il-Pulizija ħadu azzjoni immedjata biex joffru sigurtà lil dan it-tifel billi ħaduh biex kun segwit minn professjonisti.
Dan il-każ seħħ bejn omm u l-eks ragel tagħha wara li dan ġab lil ibnu minn mawra fi Sqallija. Jidher li l-omm ċemplet lill-Pulizija għall-assistenza u ftit tal-ħin il-missier għamel l-istess. Meta waslu fuq il-post l-Pulizija allegatament sabu lill-omm fi stat ta’ sokor. Huma amministrawlha l-breathalyser u f’dan il-mument hi inġurjat u bdiet thedded Pulizija mara.
Il-Pulizija Graziella Camilleri xehdet li kienet xogħol meta għall-ħabta tal-11.30 ta’ bil-lejl meta kienet fl-Għassa tar-Rabat irċeviet telefonata mingħand l-omm li qalet li hija ma kinitx f’relazzjoni ma’ missier it-tifel u li dan tal-aħħar ħa il-passaport tal-minuri.
Tgħid li meta bdiet tagħmlilha xi domandi relevanti bdiet tkun aggressiva u l-omm qatgħet il-linja. Ftit wara irċeviet telefonata oħra mingħand il-missier fejn qal li l-omm sakritu bil-vettura ġewwa sqaq u ma setax jitlaq minn fuq il-post.
Iddikjarat li meta waslet fuq il-post l-omm bdiet tgĦid: ‘Jien soqt għal fuqu. Jiena soqt għal fuqu’. Tgħid li kien hemmhekk li tatha id-dritiijiet legali u li ppruvat iżżomm il-partijiet mifrudin. Spjegat li l-minuri beda jgħabbiha b’ċertu diskors sensittiv u li l-għan ewlieni kien li l-minuri jittieħed ġewwa l-klinika tal-Mosta.
Il-minuri beda jgħid li jekk aħna konna se nħalluh ma’ ommu kien ser ‘jitgħallaq’. Tgħid li l-omm ma bdietx tobdi l-ordnijiet tagħha u qaltilha kemm-il darba biex ma ssuqx il-vettura. Saħansitra kellha toħdilha ċ-ċwievet.
Tgħid li l-Ispettur ordna li jsir il-breathalyser għax beda ixomm riħa qawwija ta’ alkohol fuq l-omm. Tgħid li infatti it-test immarka 76.2 fil-mija. Akkumpanjatha sad-dar għax l- Ispettur ma ordnax l-arrest.
Tgħid li però għall-ħabta tat-3.30 ta’ filgħodu l-omm marret ma’ binha l-kbir l-għassa u riedet tkun taf fejn hu binha l-ieħor il-minuri. Il-Pulizija qalet li l-omm qattgħet il-karta tar-rapport u tefgħatha ġo wiċċha u dan fl-Għassa. Dak il-ħin ġiet arrestata.
Xehed il-Pulizija Neil Farrugia fejn spjega li meta marru fuq il-post huma bdew jifirdu liż-żewġ partijiet. Jgħid li l-minuri li kien fuq il-post beda jgħid affarijiet sensittivi. Jgħid li “missieru qalilna li kien irċieva messaġġ mingħand it-tifel fejn qallu li ma riedx joqgħod ma’ ommu.
Fuq il-post ġie binhom l-ieħor li kien qed isuq mutur mingħajr liċenzja u assigurazzjoni. Jgħid li t-tifel il-kbir beda jgħidilhom li huma korrotti u li jaqbdu miegħu ghax mhux tifel ta’ Ministru. Jgħid li hu u Pulizija ieħor marru mal-minuri iċ-Ċentru tas-Saħħa fejn imbagħad irreferewh għal Mater Dei u huma marru miegħu.
It-tifel il-kbir fix-xhieda tiegħu spjega li hu u huh kienu jghixu ma’ ommu. Jgħid li r-relazzjoni tiegħu ma’ missieru mhux tajba u ma’ ommu tajba. Jgħid li meta ħuh kien ikun ħażin kien jiġġieled ma’ ommu. Meta kien ikun ma’ missieru ġieli kien jitlaq sew u ġieli jiġi ħażin id-dar. Jgħid li kien hemm ħafna Pulizija u ommu bdiet tikbi u mifxula. Jgħid li meta wasal hu ra biss lil ommu u ħafna Pulizija.
Enfasizza li l-pulizija ma riditx tgħidilha mill-ewwel fejn kien ħuha. Tgħid li meta telqu l-Pulizija, ommu baqgħet inkwetata u marru l-Għassa u l-Pulizija xorta ma qaltilhiex fejn kien ħuh. Jgħid li l-Pulizija keċċietha ‘l hemm.
Il-Qorti qalet li “għamlu sew il-Pulizija li meta raw hekk arrestawha u għamlu ukoll sew li qabel ma’ ħaduha l-lock up tal-Furjana, ħaduha biex tiġi invistata għand tabib fil-klinika.
Il-Qorti tgħid li “din il-Qorti tisħaq dwar ir-rispett li għandhom ikollhom iċ-ċittadini lejn il-forzi tas-sigurtà. Mingħajr dubju dan ir-rispett ma ġiex muri kif jixraq mill-omm li wara kollox huma marru biex jgħinuha għax kienet hi li għamlet l-ewwel telefonata.
L-omm weħlet €2,650 li tista’ titħallas b’rati mensili u konsekuttivi ta’ €100 fix-xahar pagabbli b’mod konsekuttiv u interrot bl-ewwel pagament irid isir sa l- aħħar ta’ Frar 2025. Jekk dan ma jsirx tkun konvertita fi żmien ta’ priġunerija skond il-liġi.
Il-Crisis Resolution Malta tistieden lil min jinsab fi kriżi biex ifittex l-għajnuna
Il-Crisis Resolution Malta tistieden biex kull min jinsab fi kriżi jew jafu lil xi ħadd li għandu bżonn l-għajnuna tagħhom, iċemplu fuq 9933 9966 jew isibuhom fuq il-Facebook jew inkella jużaw il-Kriżi App.