Thursday, December 19, 2024

Omm li trabbi 20 tifel u tifla determinata li tegħleb kanċer f’moħħha biex tibqa’ tieħu ħsiebhom

Każ ta' omm kuraġġuża f'Essex fl-Ingilterra

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

 Tina Papworth, omm ta’ 53 sena minn Essex, li trabbi 20 tifel u tifla saret taf li għandha kanċer f’moħħha wara li għamlet test tal-għajnejn bħala parti minn rutina. 

Għall-bidu hija ġiet riferuta biex tmur fi klinika tal-għajnejn u hemmhekk tawha xi mediċina apposta għal għajnejha. Iżda f’Marzu li għadda sarulha aktar testijiet fosthom MRI u hemm irriżulta li kellha kanċer kbir f’moħħha. 

Hija tgħid li kif kienet bilqiegħda u tawha l-aħbar tal-kanċer għajnejha mtlew bid-dmugħ u nfaqgħet tibki. Għaliha dan kollu kien bħal sajjetta fil-bnazzi u ma kinitx taf x’ser taqbad tagħmel. 

L-omm issa qed tistenna li ssirilha operazzjoni f’Ġunju. Hija tgħid li tħossha pożittiva minħabba l-fatt li ntebħu kmieni biżżejjed għalhekk l-operazzjoni tista’ tkun ta’ suċċess. L-omm għandha żewġt itfal bijoloġiċi filwaqt li hija wkoll foster ta’ 18 oħra. Hija tgħid li għalkemm kulħadd ikollu l-mumenti tiegħu, hija lesta li tiġġieled kontra din il-battalja. Hija trid li wliedha jarawha pożittiva u determinata u mhux il-kontra. 

L-omm issa qed taħdem mal-għaqda Charity Brain Tumour Research biex tkun tista’ taqsam l-istorja tagħha u tagħmel aktar kuraġġ lil min għaddej minn esperjenzi simili ta’ mumenti diffiċli bħal dawn. 

Ekonomija

Sport