Sunday, December 22, 2024

Omm Luis Rubiales tittieħed l-isptar fit-tielet jum tal-istrajk tal-ġuħ

Aqra wkoll

Omm il-president tal-FA Spanjola, Luis Rubiales, iddaħħlet l-isptar wara li l-istrajk tal-ġuħ tagħha daħal fit-tielet jum. Hija qed tagħmel dan bi protesta għat-trattament ta’ binha.

Nhar it-Tnejn, Angeles Bejar sakkret lilha nnifisha fi knisja f’Motril.

Rubiales ġie kkritikat ħafna talli bies lil Jenni Hermoso ta’ Spanja fuq xofftejha wara l-finali tat-Tazza tad-Dinja.

Hermoso qalet li l-bewsa waqt iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni f’Sydney, fl-20 ta’ Awwissu, ma kinitx kunsenswali.

Meta daħlet fil-knisja Divina Pastora f’Motril fuq il-kosta tan-nofsinhar ta’ Spanja, Bejar qalet li l-istrajk se jkompli “indefinit, lejl u nhar”.

Hija żiedet tgħid li “l-attakki inumani li qed jagħmlu fuq ibni hija xi ħaġa li ma jixraqlux”.

Madankollu hija ttieħdet l-isptar f’Motril – il-belt fejn trabba binha – u għaldaqstant kellu jħassar konferenza tal-aħbarijiet skedata.

Hija ma kinitx qed tħossha tajjeb minħabba s-sħana u fuq kollox in-nuqqas ta’ ikel. Saqajha ntefħu u kienet għajjiena ħafna. F’xi waqtiet bdiet tintilef minn sensiha. 

Ekonomija

Sport