Żagħżugħ ta’ 20 sena residenti l-Belt Valletta, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti ġie akkużat li wettaq vjolenza domestika fuq l-eks sieħba tiegħu. Mal-eks sieħeba tiegħu, l-akkużat għandu żewġt itfal.
Ftit tal-ħin wara li ġew ippreżentati l-akkużi, l-avukat tal-allegat vittma informa lill-Qorti li l-klijenta tiegħu riedet twaqqaf il-każ kontra l-eks sieħeb. L-avukat qal li huma mhux qegħdin jgħixu taħt l-istess saqaf u lanqas għadhom f’relazzjoni flimkien.
Kienet il-mara li marret tagħmel rapport kontra l-eks sieħeb tagħha li kien uża l-vjolenza kontriha. Il-ħaddiema soċjali wara li wettqu r-risk assessment, irriżulta li hija kienet f’riskju sever u allura l-pulizija arrestaw liż-żagħżugħ.
Fil-Qorti l-mara qalet li ma tixtieqx li tkompli bil-proċeduri minħabba li l-akkużat għandu relazzjoni tajba ħafna maż-żewġ uliedu li għandhom sena u nofs u l-oħra 3 snin.
Il-Maġistrat wara li wissiet lill-allegat vittma li jekk se twaqqa’ l-akkużi mhux se tkun tista’ toffri l-ebda protezzjoni, laqgħet it-talba għar0rinunzja u waqqfet il-proċeduri kollha.