Wednesday, April 16, 2025

Omm ta’ 38 sena tmut wara li sfat taħt il-karozza tagħha stess

Aqra wkoll

Omm ta’ 38 sena residenti San Ġiljan mietet traġikament wara li għal xi raġuni spiċċat mgħaffġa taħt il-karozza tagħha stess. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq L-Arċisqof Romero, ftit ’il barra minn Triq Birkirkara.

Il-kelliem għall-Pulizija Brandon Pisani qalu li sakemm waslu fuq il-post it-timijiet mediċi u anke l-pulizija, il-mara kienet diġà bla ħajja.

Jidher li wara l-vittma ħarġet mill-vettura, għal xi raġuni l-istess vettura mxiet b’lura u hi nqabdet taħt tagħha. 

Jirriżulta li magħha fil-karozza kien hemm it-tifla tagħha ta’ 6 snin.

Dwar dan il-każ se tkun qiegħda tinfetaħ inkjesta biex jiġu stabbiliti l-fatti kollha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport