Friday, December 13, 2024

Omm tammetti li ħbiet il-mewt tat-tarbija li welldet f’banju 13-il sena ilu

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Mara minn Milwaukee ammettiet fil-qorti li għal kważi 13-il sena hija ħbiet il-mewt ta’ tarbija tat-twelid li kellha. L-omm, li llum il-ġurnata għandha 45 sena u jisimha Karin Luttinen, ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha bil-għan li jnaqqsulha l-piena li mistennija tingħata fil-5 ta’ Awissu li ġej.

Skont rapporti kriminali Luttinen weldet tarbija tifla f’banju f’April tal-2009. Hija qalet li l-kurdun kien imdawwar ma’ għonq it-tifla u kien hawn li ħassha ħażin u ntilfet minn sensieha. Il-mara rrakkontat kif qamet ftit wara f’paniku kbir u poġġiet lit-tarbija bla ħajja f’borża tal-iskart. Jingħad li l-katavru ċkejken ta’ din it-tarbija tat-twelid imbagħad ittieħed fil-foresta barra l-belt ta’ Theresa. Ħaddiem li jaqta’ s-siġar sab il-katavru xahar wara u l-awtopsja sabet li t-tarbija setgħet kienet mejta jew qabel it-twelid jew inkella ftit wara.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ damu għaddejjin is-snin fejn il-prosekuzzjoni għamlet profil ġenetiku ħalli jsibu min kienet omm naturali tat-tarbija mejta. Mal-katavru nstabu traċċi ta’ demm fuq oġġetti sanitarji u fl-2014. L-awtoritajiet ikklassifikaw il-profil tal-persuna mfittxija taħt l-isem ta’ Jane Doe bil-għan li l-każ jibqa’ validu għal investigazzjonijiet u għal proċeduri fil-qorti.

L-analisti tal-ġenetika għamlu riċerka estensiva sakemm waslu għall-possibbiltà li Luttinen kienet l-omm. L-investigaturi ħadu kampjun tad-DNA tagħha f’Jannar u x-xahar li għadda kkonfermaw li din il-mara kienet is-sors prinċipali misjub fid-DNA mat-tarbija mejta u kkonkludew li hija l-omm.

Ekonomija

Sport