Sunday, December 22, 2024

Omm tiddeskrivi kif salvaw lilha u lil bintha l-kbira … iżda mhux liż-żgħira wara terremot

Il-vittmi jaqbżu l-150 u mal-100 oħrajn midrubin

Aqra wkoll

Aktar minn 150 persuna nqatlu wara terremot li laqat il-Punent imbiegħed tan-Nepal fl-aħħar sigħat.

Il-forzi tas-sigurtà ġew imsejħa biex jassistu fl-isforzi ta’ salvataġġ fid-distretti ta’ Jajarkot u West Rukum, 500km (310 mil) fil-punent ta’ Kathmandu.

Theżżiża qawwija nħasset ’il bogħod fil-kapitali tan-Nepal u fi bliet fl-Indja ġirien, inkluż Delhi.

Kelliem għall-armata qal li aktar minn 100 persuna ndarbu tant li l-isptar ta’ Jajarkot jinsab ippakkjat bil-feruti.

Geethakumari Bista, waħda mill-persuni li salvat, f’kummenti lill-midja qalet li l-uffiċjali rnexxielhom jsalvaw lil bintha l-kbira, iżda tilfet lil bintha iżgħar.

“Aħna tlieta konna fl-istess kamra fl-aħħar sular. Kollox ġara hekk f’daqqa. Ma stajniex nifhmu x’kien qed jiġri”, spjegat tgħid filwaqt li żiedet li wara li d-dar tagħhom waqgħet, spiċċaw midfuna fit-terrapien.

Spjegat dwar il-kommossjoni u kif wara li salvaw lil bintha l-kbira bdiet tgħajjat qalb it-tifrik li hi kienet għadha ħajja wkoll. 

Ekonomija

Sport