Sunday, July 27, 2025

OMM U MISSIER IL-PM TNEJN MINN DAWK LI DDAĦĦLU L-ISPTAR

Ħabta bejn żewġ karozzi fil-Fgura

Aqra wkoll

Tnejn minn dawk li ddaħlu l-Isptar Mater Dei huma l-President Emeritus Dr George Abela u martu li jiġu omm u missier il-Prim Ministru.

Intant f’messaġġ li kiteb il-Prim Ministru Robert Abela qal li “Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lit-tobba, nurses u ħaddiema oħra tal-ambulanza u l-isptar, lill-Pulizija u membri tas-CPD, u dawk kollha li assistew lill-ġenituri tiegħi f’inċident serju tat-traffiku illi kellhom aktar kmieni llum.

Huma jinsabu rikoverati l-isptar, f’qagħda stabbli u qed jingħataw l-aqwa kura.

Fl-istess waqt, talbi maż-żewġ persuni li kien hemm fil-vettura l-oħra involuta fil-ħabta biex ikollhom fejqan ta’ malajr.”

Jirriżulta li kienu 7 persuna li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei. S’issa l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Aktar kmieni: Mill-inqas 3 persuni jiddaħlu l-Isptar fl-inċident fl-Fgura

Mill-inqas 3 persuni kellhom jiddaħlu l-Isptar Mater Dei wara li kienu nvoluti f’inċident fil-Fgura.

Jidher li l-inċident seħħ bejn karozza Toyota u Audi Q3. 

Wieħed mill-vittmi kellu jinħareġ mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili minħabba li nqabad fil-karozza.

Aktar kmieni: Operazzjoni biex tinħareġ persuna minn vettura

Ftit tal-ħin ilu seħħet ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq Hompesch, il-Fgura fejn jidher li hemm persuna maqbuda f’karozza minnhom.

Ritratt: ONE NEWS

Bħalissa għaddejja operazzjoni tas-salvataġġ biex tinħareġ mill-karozza.

Fuq il-post hemm tim mediku biex jassisti lill-persuni nvoluti.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport