Saturday, September 14, 2024

Omm u oħt Mariah Carey imutu fl-istess ġurnata

Aqra wkoll

Omm u oħt Mariah Carey, Patricia u Alison, mietu fl-istess ġurnata. Il-mewt tagħhom tħabbret fl-aħħar sigħat mill-kantanta setss. Mariah Carey qalet li qalbha maqsumha hekk kif tilfet lil ommha u ftit tal-ħin wara mietet oħtha wkoll.

Fl-istess ħin, Carey stqarret li tħossha ffortunata li rnexxielha tqatta xi ħin ma’ ommha hekk kif kienet taf li waslet biex tmut. Talbet lill-midja biex f’dawn il-mumenti jirrispettaw il-privatezza tagħha u tal-familja kollha.

Ommha, Patricia mietet fl-età ta’ 87 sena. Hija kienet kantanta tal-opra u anke tgħallem il-vuċi. Min-naħa l-oħra Alison – oħt Mariah Carey, mietet fl-età ta’ 63 sena.

Fil-passat kien hemm differenzi kbar bejn Mariah u Alison tant li l-kantanta kienet qalet li għalija u ħuha Morgan, Alison kienet qisha mara barranija. Kienet stqarret li għal ġid tagħha stess kien l-aħjar ma jkollhomx kuntatt flimkien.

Wara li Carey kienet ħarġet ktieb dwar ħajjitha, Alison kienet fittxiha għal $1.2 miljun. Kienet qalet fil-Qorti li dan il-ktieb ħolqilha ħafna wġigħ u tbatija emozzjonali.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport