Tuesday, April 23, 2024

“Ommi ħalliet vojt kbir”… L-ewwel Milied li mhux se jgawduha tal-familja

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Is-serqa fuq anzjana fil-bidu ta’ din is-sena fir-residenza tagħha f’B’Kara, kellha konsegwenzi kbar kemm fuq il-vittma, kif ukoll fuq il-familja tagħha. Dan minħabba li sakemm ħallietna fl-1 ta’ April li għadda, din il-povra anzjana baqgħet tibża’ li l-ħalliel kien se jerġa’ jidħol fuqha. Bint il-vittma, Nancy Aquilina, qalet lil Talk.mt li dan se jkun l-ewwel Milied mingħajr l-għażiża ommhom u li t-telfa tagħha ħalliet vojt kbir kemm għaliha, kif ukoll għall-membri kollha tal-familja.

Din in-nanna ta’ tmienja u bużnanna ta’ wieħed, kellha 74 sena meta raġel uża l-iskuża li kien qiegħed jiġbor għall-missjoni biex daħal fuqha u seraqha. “Ommi ma kinitx toħroġ mid-dar għax ma kinitx tiflaħ timxi. Afdatu u għaddiet milli għaddiet. Wara baqgħet taħseb li kien fid-dar u għamlet l-aħħar ta’ ħajjitha tewden li hemm xi ħadd id-dar li ġej għaliha,” spjegat bint il-vittma. 

Nancy qalet li ommha m’għandhiex magħna u li hija iebsa ħafna mingħajrha. “Ommi kienet kollox għalija u għal ħuti. Importanti li tavżaw lill-ġenituri tagħkom biex ma jiftħux il-bieb. Kulħadd jgħajjat bil-barranin imma dan Malti kien. Ma tistax tafda. Ommi ma kinitx tgħix waħidha u xorta rnexxielu jagħmillha hekk għax ftit sekondi kull m’hemm bżonn,” wissiet il-bint.

“Wara baqgħet taħseb li kien fid-dar u għamlet l-aħħar ta’ ħajjitha tewden li hemm xi ħadd id-dar li ġej għaliha”

NANCY AQUILINA, BINT IL-VITTMA

Il-vittma dakinhar tas-serqa kienet qiegħda tittawwal bħas-soltu minn wara l-antiporta meta raġel li ma kinitx taf talabha xi flus għall-missjoni. Hija fetħitlu u sakemm dawret wiċċha biex iġġib il-portmoni li kien ħdejha, taha daqqa fuq wiċċha. Konsegwenza ta’ dan l-anzjana nħasdet u telqet il-portmoni. Il-ħalliel ħataf l-okkażjoni biex ħadilha l-portmoni u telaq jiġri. 

Il-vittma barra l-vjolenza u x-xokk fiżiku, sofriet trawma psikoloġika kbira li baqgħet tbati minnha sakemm ħallietna. 

Sport