Thursday, July 4, 2024

“One Fall” – l-ewwel podcast bil-Malti dwar il-WWE

Aqra wkoll

“One Fall” ser tkun l-ewwel Podkast bil-lingwa Maltija ffukata fuq dak kollu li jkun għaddej matul il-ġimgħa fil-programmi tal-kumpanija Amerikana, WWE (World Wrestling Entertainment), li ma teħtieġ l-ebda introduzzjoni billi hi waħda mill-aktar popolari fejn jidħol l-hekk imsejjaħ “Sports Entertainment”.

Komposta minn Bradley Z. u HAMEZ, li huwa wkoll wrestler mal-kumpanija Maltija “Pro Wrestling Malta”, din il-Podkast se tkun qed tagħti lis-segwaċi tagħha rendikont sħiħ ta’ xi jkun għaddej fid-WWE dik il-ġimgħa kif ukoll tindirizza u tagħti l-analiżi tagħħa fuq xi xnigħat li jkunu qed jiċċirkolaw f’dak il-perjodu. Minn żmien għal żmien ser ukoll tkun qed tistieden xi persuni, fosthom minn Pro Wrestling Malta, sabiex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mas-segwaċi bil-għan li jikber l-għarfien fuq xi tfisser li tkun Wrestler Professjonali.

Għalhekk għal aktar informazzjoni, fosthom meta ser jitnieda l-ewwel episodju, nistednukom iżżommu ruħkom aġġornati billi ssegwu l-paġni tal-media socjali ta’ One Fall fuq “One Fall – Podkast Bil-Malti” fosthom fuq Facebook u Instagram.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport