Sunday, December 22, 2024

One-night stand fit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar 2022 tista’ twassal għal seba’ snin ħabs!

Aqra wkoll

Partitarji li jinqabdu li jkollhom one-night stand fit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar 2022 jistgħu jiffaċċjaw sentenza ħabs ta’ seba’ snin.

Il-FIFA wissiet li se jkun qed jittieħed approċċ iebes biex jiġi pprojbit is-sess każwali fit-tournament ta’ dan ix-xitwa fil-pajjiż Għarbi strett.

Sors tal-pulizija bbażat fl-Ingilterra qal li: “Is-sess huwa ferm barra mill-menu, sakemm ma tiġix bħala team ta’ raġel u mara.

“Żgur mhux se jkun hemm one-night stands f’dan it-tournament.

“Mhux se jkun hemm festa fil-verità.

“Kulħadd irid iżomm f’rasu dan, sakemm ma jridx jirriskja li jeħel sentenza ħabs.

“Hemm essenzjalment projbizzjoni tas-sess fis-seħħ fit-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena għall-ewwel darba. Il-partitarji jridu jkunu ppreparati għal dan.”

Is-sess barra ż-żwieġ iġorr sentenza ta’ ħabs sa seba’ snin fil-pajjiż mil-Lvant Nofsani.

Il-partitarji li jivvjaġġaw iridu jkunu konxji wkoll li – għalkemm l-alkoħol mhuwiex illegali fil-Qatar – m’hemmx tolleranza għax-xorb fil-pubbliku u li tixrob fil-pubbliku huwa kkunsidrat bħala reat.

U jeħtieġ li jkunu jafu li jiffaċċjaw il-piena tal-mewt jekk jinqabdu jdaħħlu l-kokaina lejn in-nazzjon ospitanti.

Il-FIFA huma determinati li jżommu l-logħob ta’ profil għoli ħielsa minn inċidenti wara li wħud mill-akbar logħbiet ta’ din is-sena kienu mħassra minn inċidenti li ġraw barra l-ground.

Ekonomija

Sport