Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Minn dejjem ħadt gost nilgħab u nara l-futbol minn età żgħira. Tħarreġt ukoll f’nursery tal-futbol sa madwar l-età ta’ 16-il sena, u wara ddeċidejt li nieqaf minħabba restrizzjonijiet ta’ ħin bl-iskola.
Kif għazilt proprju li tkun referee?
Wara li waqaft nilgħab il-futbol mal-klabb lokali tiegħi, bqajt attiv f’diversi sports oħra, u fl-età ta’ 18-il sena waqt li kont għadni qed nistudja, rajt poster li kien qed jippromwovi l-kors ta’ referee u ddeċidejt li napplika għal dan il-kors.
Wara li għaddejt il-kors, ġejt ikkuntattjat biex niġbor il-kits tal-logħbiet tiegħi, u biex nibda bil-logħbiet tal-Youth FA ftit wara. Malajr ħafna sibtha mod divertenti mhux biss biex nibqa’ attiv fi sport li nħobb, iżda wkoll biex inżomm ruħi f’forma fiżika tajba u naqla’ xi ħaġa part-time biex tgħin fl-istudji tiegħi.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek hekk kif se tkun qed isservi fuq il-panel tal-FIFA bħala uffiċjal?
Onestament nista’ ngħid li din hija kisba kbira għalija personalment, għax tiġi b’ħafna sagrifiċċji u xogħol iebes. Ilni nagħmel uffiċjal tal-futbol għal 16-il sena issa, u kull sena l-isfida ssir aktar iebsa, aktar u aktar bl-ambizzjoni li nkun parti minn grupp magħżul flimkien ma’ kollegi oħra tiegħi biex nirrappreżenta lil Malta fuq il-lista tal-FIFA.
Naturalment jien eċċitat għall-isfidi l-ġodda li ġejjin internazzjonalment u biex nibqa’ nitgħallem ukoll, mhux biss biex inservi l-logħba barra minn Malta iżda wkoll biex inservi aħjar il-futbol lokali bħala uffiċjal tal-logħba, li fl-aħħar mill-aħħar huwa x-xogħol ewlieni tagħna.
Tħoss li intom ir-referees intom rispettati fl-ambitu tal-futbol lokali?
Mija fil-mija, bla dubju! Naf li ħafna nies ma jħobbux l-idea li jkunu referee għax ħafna nies jistgħu jieħdu l-impressjoni li m’aħniex rispettati xejn, iżda l-verità hi li hemm rispett reċiproku kbir bejn ir-referees u l-klabbs, il-plejers, u anke s-supporters meta niltaqgħu magħhom fit-triq. Ilkoll nafu li l-futbol huwa sport mimli passjoni u emozzjoni, u anke jekk waqt logħba t-tensjonijiet jistgħu jkunu għoljin, dan huwa parti minn dak li jġiegħel lil kulħadd igawdi l-isport.
X’sodisfazzjon partikolari jagħtik ir-refereeing?
Probabbilment apparti l-fattur ovvju li jgħinni nżomm ruħi fiżikament f’forma tajba ħafna, hekk kif illum il-ġurnata, il-futbol inbidel u sar drastikament aktar mgħaġġel milli fil-passat, għalhekk il-ħila u d-domanda għall-plejers u l-uffiċjali tal-logħba biex ilaħħqu mal-ballun żdiedu.
Minbarra l-aspett fiżiku, mentalment huwa wkoll ta’ sfida kbira li tiffunzjona logħbiet, speċjalment logħbiet b’riskju għoli, u meta flimkien mal-folol li jiġu jaraw, meta l-affarijiet imorru tajjeb u tkun taf u tħoss il-prestazzjoni tat-tim tar-referees bħala li għamel servizz tajjeb lill-logħba, dan iġib miegħu sodisfazzjon kbir wara l-logħba, wieħed li jġiegħlek bil-ġuħ għal aktar.
Hemm xi partiti partikolari li rreffjajt li tibqa’ tiftakar aktar minn oħrajn kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn barra sa issa? Għaliex?
Hemm numru tajjeb ta’ logħbiet li żgur inżomm memorji qawwija tagħhom bħad-Decider tal-Kampjonat U19 bejn Valletta FC u Hibernians FC lura fl-2015, imma ngħid li aktar reċenti hija s-Semi-Finali tal-Malta Premier bejn Sliema FC u Birkirkara FC, li minbarra post fil-finali, assigurat ukoll post ta’ tim wieħed fil-kompetizzjoni tal-UEFA. Barra minn Malta għadni ma kelliex ħafna opportunitajiet biex naġixxi bħala referee, pjuttost żewġ tornejijiet li niftakar b’għożża, jiġifieri n-Nike Tournament help f’St George’s Park fejn ikkontrollajt logħba bejn timijiet tal-youths mill-Premier League fl-Ingilterra lura fl-2014, u wkoll meta ħadt sehem fil-Maurice Revello Tournament fejn ikkontrollajt logħbiet bejn timijiet nazzjonali ta’ taħt il-21 sena lura fl-2019.
Kif qed thares lejn il-futur aktar imbieghed tieghek bhala referee?
F’ċertu sens inħoss li huwa bidu ġdid issa li għandi miri ġodda bħala referee tal-FIFA, u nħares ‘il quddiem b’ħafna ottimiżmu u eċċitat għall-isfidi l-ġodda li ġejjin. Inħoss li għad għandi ħafna snin x’nagħti u nservi kemm lokalment kif ukoll issa barra minn Malta, u aktar importanti minn hekk nirrappreżenta lil Malta internazzjonalment.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jimbarka fuq karriera ta’ referee.
Kulma nista’ ngħid hu li li nsir referee kienet waħda mill-aqwa deċiżjonijiet ta’ ħajti, għax apparti l-aspett fiżiku, ir-rwol ġiegħlni niżviluppa f’ħafna modi fuq livell personali li ftit impjiegi u rwoli oħra setgħu.
Ir-referee jiżviluppa ħiliet li huma ta’ valur kbir f’setturi oħra fil-ħajja inkluż iżda żgur mhux limitat għal immaniġġjar tal-bniedem u l-abbiltà li tieħu deċiżjonijiet, xi kultant kbar bi ftit ħin u taħt pressjoni. Ir-referee huwa wkoll mod tajjeb ħafna biex tesplora d-dinja u żżur pajjiżi li qatt ma kelli l-opportunità li nżur, jew saħansitra ħsibt li nżur. Hija karriera mill-isbaħ li kulħadd jista’ u għandu jipprova.
Fuq nota finali, anke jekk din hija kisba personali, żgur li rrid nirringrazzja lill-familja, ħbieb u kollegi li kienu ta’ appoġġ matul is-snin, u lil dawk li għenuni nkun gwida matul il-karriera tiegħi biex jgħinuni nilħaq dan il-għan, għax żgur mingħajrhom ma nkunx nista’ nkun fejn jien illum!

