Tuesday, May 14, 2024

Operaturi b’obbligu ta’ responsabbiltà

Operaturi tal-logħob tal-azzard, li huma liċenzjati mal-Awtorità Maltija għal-Logħob, huma obbligati li jimplimentaw fatturi li jħeġġu logħob tal-azzard li jkun taħt kontroll f’ambjent li jkun sigur.

Aqra wkoll

Minn Kayne Said, Maniġer għal Komunikazzjoni – Fondazzjoni Logħob Responsabbli – [email protected]

Iva! Operaturi tal-logħob tal-azzard, li huma liċenzjati mal-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA), huma obbligati li jimplimentaw fatturi li jħeġġu logħob tal-azzard li jkun taħt kontroll. Imma x’inhuma dawn il-fatturi li jħeġġu logħob tal-azzard li jkun prattikat b’mod responsabbli?

Hemm diversi, fosthom li jiġi impost limitu ta’ depositu, jiġu prattkati dawk li bl-Ingliż insejħulhom “reality checks”, jiġu promossi programmi ta’ esklużjoni aċċessibbli b’faċilità, ġukatur ikollu aċċess għal Activity History, tracking finanzjarju u linji ta’ sapport.

Dawn il-miżuri jagħtu l-abbiltà lill-ġukatur biex iżomm il-kontroll fuq l-attività tal-logħob tal-azzard u jippromwovu ambjent aktar sigur fejn persuna għandha tattwa d-delizzju tagħha b’serħan il-moħħ.

Li operatur tal-logħob tal-azzard ikun liċenzjat mal-Awtorità Maltija għal-Logħob joffri assigurazzjoni li l-logħob qed jiġi ġġenerat b’mod ġust u jkun qed jiġi prattikat livell ta’ randomness permezz ta’ Random Number Generators ċċertifikati u awditjati. Dan jipprevjeni li jkun hemm manipulazzjoni li jista’ jitfa’ lill-operatur f’xi tip ta’ vantaġġ.

Liċenzjar jiżgura transazzjonijiet siguri permezz ta’ teknoloġija ta’ encryption biex jiġu ssalvagwardjati transazzjonijiet finanzjarji tal-ġukatur. Jiġi protett ukoll il-fond finanzjarju tal-ġukatur fejn issir separazzjoni netta bejn fondi operattivi u depożiti tal-ġukatur.

Il-ġukaturi għandhom ukoll l-għażla li, f’każ ta’ diżgwid ma’ operatur, jużaw awtoritajiet liċenzjati, bħall-Awtorità Maltija għal-Logħob biex jaġixxu bħala medjaturi biex id-diżgwid jiġi riżolt u jiġu protetti l-liġijiet tal-ġukatur stess. Liċenzja hi assigurazzjoni ta’ ambjent regolarizzat u sigur!

Sadanittant, il-Fondazzjoni tfakkar lil kull min iħaddan din l-attività bħala delizzju biex jilgħab b’mod responsabbli u jimxi mal-limitu tal-kontroll, kemm ta’ ħin u kemm ta’ flus.

Persuna tilgħab b’mod responsabbli meta l-logħob ma jkunx qed jieħu post affarijiet importanti u serji bħalma huma l-familja, il-ħbieb u x-xogħol.

Jekk persuna tħossha li l-logħob tal-azzard qed jinterferixxi mal-benesseri tagħha, importanti ħafna li tikkomunika, taċċetta l-problema u tfittex is-sapport adegwat billi ċċempel il-linja ta’ sapport nazzjonali 1777.

Persuna tista’ tagħmel ukoll użu mis-servizz taċ-chatting fuq il-websajt tagħna www.rgf.org.mt.

www.rgf.org.mt

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport