Thursday, January 29, 2026

Operazzjoni delikata mis-CPD fil-Mellieħa wara li nqaleb trakk tal-gass

Aqra wkoll

“Dalgħodu, ftit wara s-07:30, il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta ġiet infurmata dwar ħabta fit-triq li tinvolvi tank tal-LPG magħlub fil-Mellieħa.”

Fi stqarrija l-Protezzjoni Ċivili qalet li “minħabba n-natura tal-inċident, għaddejja operazzjoni delikata u mtawla. L-ekwipaġġi tas-CPD mill-Istazzjonijiet 1, 3, u 10 bħalissa jinsabu fuq il-post biex jimmonitorjaw u jagħtu l-għajnuna. L-operazzjoni tinvolvi t-trasferiment sikur tal-LPG mit-trakk maqlugħ għal tanker ieħor li jittieħed fuq il-post. Ladarba l-inġiniera jikkonfermaw li l-vettura hija kompletament vojta, it-trakk imbagħad jittella’ bl-użu ta’ krejn.”

L-istqarrija tkompli tgħid li l-operazzjoni tinvolvi 15-il pompier, appoġġjati minn ħames pompieri u żewġ uffiċjali anzjani, flimkien mat-tim tad-Dipartiment tal-Emerġenza mill-Isptar Mater Dei, Transport Malta, u uffiċjali mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, li qed jiżguraw u jdawru ż-żona.

Il-membri tal-pubbliku huma mħeġġa jevitaw iż-żona u jsegwu l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport