Aktar kmieni llum wara nofsinhar, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni Għas-Salvataġġ irċieva talba għall-assistenza wara li ġie rrappurtat li raġel sofra waqgħa li kkawżatlu ġrieħi f’rasu fil-Gżejjer ta’ San Pawl, fit-tramuntana ta’ Malta.
Ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta ntbagħat minnufih fuq il-post. L-ekwipaġġ tal-Armata wettaq b’suċċess operazzjoni kumplessa ta’ tniżżil u rfigħ bil-winċ biex jirkupra lill-persuna midruba. Wara l-operazzjoni, il-persuna ngħatat lill-Staff Mediku tal-Isptar għal aktar kura medika.

