Sunday, December 22, 2024

Operazzjoni li ħadet iktar minn erba’ sigħat … ir-riħ qawwi għamilha faċli biex jinxterdu n-nirien

Aqra wkoll

Ħmistax-il membru tal-Protezzjoni Ċivili, akkumpanjati minn sitt vetturi, kienu impenjati f’operazzjoni tat-tifi tan-nar wara li lbieraħ, għall-ħabta tat-8:30 p.m. irċevew sejħa għall-għajnuna hekk kif intlemħu nirien qrib il-parkeġġ ta’ f’Marsalforn (Għawdex).

Kelliem għall-Protezzjoni Ċivili kkonferma din l-informazzjoni ma’ Talk.mt, u qalilna li l-operazzjoni sħiħa ħadet madwar erba’ sigħat u nofs. Huwa żied ifisser li ġurnata bħalma kienet dik tal-bieraħ, imżewqa b’riħ qawwi imma fl-istess ħin b’nixfa kbira, dan jagħmilha iżjed faċli biex in-nar ikompli jieħu: “Ir-riħ ma għenx. Kienet ġurnata bir-riħ u n-nixfa, u allura n-nirien jimxi ħafna”.

Fortunatament jidher li ħadd ma sofra ġrieħi f’dan l-inċident.

S’issa għadu mhux magħruf xi kkawża dan in-nirien.

Ekonomija

Sport