Saturday, December 21, 2024

Operazzjoni ta’ ritorn wara li raġel skonta sentenza ta’ priġunerija

Aqra wkoll

Il-Pulizija mexxiet operazzjoni ta’ ritorn, li matulha keċċiet minn Malta raġel li kien skonta sentenza ta’ ħabs fuq terroriżmu u ħtif ta’ ajruplan, fost oħrajn.

Ir-raġel, li baqa’ ma kkoperax mal-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni nżamm f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm ġie skortat ‘l barra mill-pajjiż f’operazzjoni t’ordni ta’ ritorn.

Il-każ oriġinali jmur lura għal Diċembru tal-2016.

Fil-konfront tar-raġel inħarġet ukoll ordni ta’ projbizzjoni li biha ma jkunx jista’ jerġa’ jidħol f’Malta u f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropa. F’din l-operazzjoni l-Pulizija kienu assistiti minn Uffiċjali tad-Detenzjoni.

Ekonomija

Sport