Thursday, February 5, 2026

Operazzjoni ta’ salvataġġ biex titella’ persuna minn taħt l-irdum tal-Aħrax tal-Mellieħa

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu għadha bdiet operazzjoni ta’ salvataġġ taħt l-irdumijiet tal-Aħrax tal-Mellieħa hekk kif daħal rapport li kien hemm persuna maqbuda isfel.

Fuq il-post mar mill-ewwel tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei kif ukoll uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-persuna.

Sorsi qrib dan is-sit qalulna li s’issa mhux magħruf jekk il-persuna waqgħetx jew inkella niżlitx hi isfel u sabet diffikultà biex titla’ lura.

Jirriżulta li kienet hi stess li ċemplet għall-għajnuna u minħabba l-post fejn jinsab uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili se jmorru b’dinghi biex jiġbruha.

L-ewwel indikazzjonijiet huma li l-persuna ma sofritx ġrieħi gravi.

Il-Pulizija jinsabu wkoll fuq il-post biex jassistu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport