Tibqa’ għaddejja t-tfittxija għal diversi persuni li spiċċaw “mitfunin” taħt muntanja ta’ skart wara li ġġarfet landfill fiċ-ċentru tal-Filippini.
Il-ħaddiema tas-salvtaġġ għandhom operazzjoni diffiċli ħafna l-aktar minħabba l-gassijiet ħżiena li ħerġin mill-istess skart li kien ilu hemm ħafna.



