Sunday, July 13, 2025

Operazzjoni ta’ salvataġġ f’Tas-Sliema mill-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta

Aqra wkoll

Ilbieraħ waranofsinhar membri tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta intalbu sabiex jassistu f’Tas-Sliema hekk kif kien hemm żagħżugħ li sab xi diffikultà waqt li kien qed jgħum. 

Iż-żagħżugħ ġie assistit mit-tim tas-CPD, ittrasportat permezz tad-dgħajsa tal-Protezzjoni Ċivili u ngħata kura fuq il-post mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, sakemm ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura meħtieġa. 

Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta irringrazzjat lil Malta Red Cross u lid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei għall-assistenza tagħhom matul l-operazzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport