Wednesday, August 20, 2025

OPERAZZJONI TA’ SIGURTÀ F’WASHINGTON

Taħt it-tmexxija ta’ Trump diġà ġew arrestati aktar minn 450 persuna

Aqra wkoll

Minn meta l-President Donald Trump ddikjara emerġenza ta’ sigurtà pubblika f’Washington, DC u sejjaħ lit-truppi tal-Guardia Nazzjonali biex jgħinu lill-forzi tal-pulizija lokali, aktar minn 450 persuna ġew arrestati. L-Avukat Ġenerali Pam Bondi kkonfermat li 52 arresti saru nhar it-Tnejn filgħaxija, inkluż membru allegat tal-grupp MS-13 fejn instabu anke armamenti.

Skont Bondi, mill-bidu tal-operazzjoni saru 465 arresti, ġew sekwestrati 68 arma u ġew imressqa akkużi ta’ qtil, traffikar ta’ drogi u reati relatati mal-armi. Kważi nofs l-arresti saru f’żoni ta’ kriminalità organizzata fil-belt.

Il-Kap tal-FBI, Kash Patel, qal li l-aġenzija tiegħu kienet responsabbli għal 21 mill-arresti ta’ nhar it-Tnejn, flimkien ma’ sekwestri ta’ armi u droga.

L-amministrazzjoni bdiet ukoll tneħħi kampijiet tal-foqra madwar il-belt minħabba t-tħassib dwar is-sigurtà pubblika. F’dawn il-jiem vetturi armati ġew stazzjonati qrib monumenti u punti turistiċi waqt li l-pulizija għamlet kontrolli fuq il-karozzi matul il-lejl. Helikopters tal-Park Service tal-Pulizija wkoll qegħdin jagħmlu patrols mill-ajru.

Uffiċjali Amerikani qalu li sa 800 truppa huma mistennija jiġu stazzjonati f’Washington, flimkien ma’ 500 aġent tal-forzi tal-liġi federali, inkluż l-FBI.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport