Il-vjolinist Olandiż, André Rieu se jżur Malta nhar it-Tnejn li ġej. Huwa sejkun qiegħed jiddedika xi sigħat biex jiltaqa’ mal-Maltin fil-Belt Valletta u jħabbar l-ewwel kunċerti li se jkun qed jagħti f’Malta s-sena d-dieħla.
Is-sena d-dieħla l-vjolinist Olandiż flimkien ma’ għadd ta’ mużiċisti oħra li jfasslu flimkien l-Orkestra Johann Strauss mistennija jpaxxu lill-pubbliku Malti bit-talenti tagħhom.
Matul il-karriera tiegħu, Rieu biegħ ‘il fuq minn 40 miljun kopja bil-mużika tiegħu u huwa rinomat għal folol ta’ udjenzi li jattendu għall-kunċerti tiegħu.