Heritage Malta qed toffri lill-pubbliku l-opportunità rari li jiddawwar mal-
Forti Delimara minn gwida, nhar il-Ħadd 13 ta’ Marzu. Il-Forti Delimara huwa sit storiku li normalment jinżamm magħluq.
Matul il-jum se jsiru tmien dawriet gwidati. Dawk tad-09.00, il-11.00, is-
13.00 u t-15.00 se jkunu bil-Malti filwaqt li dawk tal-10.00, 12.00, is-14.00 u l-16.00 se jkunu bl-Ingliż.
Il-Forti Delimara nbena bejn l-1876 u l-1878 biex iħares il-kosta tan-naħa tal-port ta’ Marsaxlokk. Fost attrazzjonijiet oħra, fil-forti wieħed għadu jista’ jara erba’ kanuni ta’ 38 tunnellata fil-post oriġinali tagħhom. Il-viżitaturi se
jkunu jistgħu japprezzaw ukoll ix-xogħlijiet ta’ tindif u konsolidazzjoni li saru
dan l-aħħar u li permezz tagħhom xi partijiet tal-forti issa saru aċċessibbli.
Dawk li jixtiequ jattendu jridu jixtru l-biljetti minn qabel u jkunu fid-daħla tal-forti kwarta qabel it-tour li jibbukkjaw, lebsin żraben komdi.
Il-biljetti jinxtraw mis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta jew online minn hawn: https://shop.heritagemalta.org/index.asp?eventid=970.
Il-prezzijiet tal-biljetti huma €5 għall-adulti u €1 għat-tfal. Il-membri ta’
Heritage Malta jidħlu b’xejn iżda jridu jibbukkjaw post minn qabel – jew billi
jirrikorru f’wieħed mis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta jew inkella billi
jibagħtu email fuq [email protected] fejn jinkludu wkoll
in-numru tas-sħubija tagħhom.