Minflok jingħaqdu mal-Gvern Malti, biex flimkien niddefendu l-prattiċi legali tal-kaċċaturi u n-nassaba lokali, tal-Partit Nazzjonalista nfexxew jattakkaw lill-Gvern Malti, li fittex u se jibqa’ jfittex kull mezz biex jiddefendi d-drittijiet tan-nassaba. Hekk jagħmel min hu populist, sensazzjonali u ħsiebu biss biex jiskorja punti politiċi.
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Partit Laburista fi stqarija, fejn qal li hu fil-Gvern kien u se jibqa’ jissalvagwardja d-drittijjet tan-nassaba u l-kaċċaturi Maltin u Għawdxin.
Intqal li dan għall-kontra tal-Oppożizzjoni li meta kellha l-poter, wegħdet ħafna iżda meta ġiet affaċjat bi sfidi għalqet l-istaġun u m’għamlet xejn.