Saturday, December 20, 2025

Oppożizzjoni kburija tigdeb dwar is-saħħa tan-nies

- Il-PL

Aqra wkoll

L-Oppożizzjoni llum tammetti li hi kuntenta xxerred il-fake news, tant li spiċċat tikkwota rapport tal-Kummissarju għall-Istandards li espona l-qerq tagħha. 

Qerq li taf li ma tinstabx ħatja ta’ ksur tal-kodiċi tal-etika fuqu għax sal-lum il-kodiċi tal-etika tad-deputati parlamentari ma jinkludix id-dmir li wieħed jgħid il-verità.

Il-Kap tagħha kuntent jirrepeti gidba wara oħra bl-iskop li jqarraq u t-tama li din teħel.

Iżda fil-politika l-etika morali hi ferm ikbar u fejn tidħol is-saħħa tan-nies wisq iżjed m’hemmx logħob. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni xerred gidba li l-mediċini ġeneriċi huma nferjuri. Dan hu att perikoluż tant li kellhom jikkoreġuh l-Awtorità għall-Mediċini u s-Sovrintendenza għas-Sahha Pubblika.

Il-fake news tista’ xxerdu imma llum jew għada tinqabad. Bħalma gidbu fuq id-dejn tagħhom stess u nqabdu li ħbew iżjed minn €20 miljun dejn.

Dak li jġib il-fake news, partit f’kaos li biddel l-isem tal-Kap iżda baqa’ fl-istess stat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport