Tuesday, February 3, 2026

“Oppożizzjoni li tiftaħar li kienet qarrieqa”- Il-Partit Laburista

Aqra wkoll

“Il-Kap tal-Oppożizzjoni kuntent li qarraq imma li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jgħidlu li mhux f’pożizzjoni li jiddeċiedi li l-qerq tiegħu jammontax għall-gidba minħabba l-kodiċi tal-etika kif stabbiliti. Il-fatti huma ċari u ma jmerihom ħadd għax miktubin iswed fuq l-abjad tant li anki l-Kummissarju għall-Istandards għaraf dan”.

Dan iddikjarah il-Patit Laburista fi stqarija, fejn qal ukoll li; “Il-Ministri preżenti ma ħadux żieda kif ta l-Partit Nazzjonalista meta kien fil-Gvern ta’ €500 fil-ġimgħa lill-Ministri tiegħu, iżda riżultat ta’ ftehim kollettiv li minnu gawdew 33,000 ħaddiem taċ-Ċivil”

Il-PL tenna jgħid; “Min moħħu biex jattakka lin-nies u jgħidilhom li għamlulu spin fuq kliem ċar kristall li ħareġ minn fommu issa qed jagħmel spin hu fuq is-sewwa magħruf!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport