Saturday, July 12, 2025

Oppożizzjoni populista u bla kredibilità

Aqra wkoll

L-implimentazzjoni tal-Malta Labour Migration Policy hija riżultat ta’ konsultazzjoni wiesgħa mal-imsieħba konċernati. Dan b’differenza għall-Oppożizzjoni li ma tiġi ‘l quddiem bl-ebda proposta jew azzjoni konkreta ħlief jistenbħu kultant biex jikkritikaw kull ma jagħmel il-Gvern, anke jekk ikun hawn qbil dwaru.

Il-Partit Laburista jfakkar li l-Oppożizzjoni, fit-tweġiba tiegħu għal din il-politika importanti, mhux biss ġabet in-numri ħażin imma ma għamlitx proposta waħda konkreta.

Min jadotta dat-tip ta’ politika populista ma jistax ikun kredibbli. Anke jekk staħa jiktibha fil-fuljett li ppubblika, in-nies jafu x’jemmen il-Partit Nazzjonalista. Irid juża l-ħaddiema barranin biex irewwaħ il-populiżmu, iżda imbagħad jopponi bidliet importanti, bħaż-żieda fit-tariffi ta’ ħaddiema ġodda kif iddikjara l-kelliem tal-Oppożizzjoni f’iktar minn dibattitu wieħed.

Minkejja dan, ma jistħix jikkritika lill-Gvern, li mhux talli kkonsulta matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika, iżda anke mar lil hinn minn hekk, biex l-implimentazzjoni tkun l-aqwa possibbli għall-ġid tal-pajjiż.

Il-Gvern Laburista jibqa’ l-unika forza politika li toffri s-soluzzjonijiet b’differenza għall-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni li kapaci biss joffri lista ta’ kummenti ta’ min lanqas pre-budget document ma kien kapaċi jwassal aħseb u ara policy bħal din.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport