Monday, November 18, 2024

Ordnat saċerdot wara sitt snin jgħix f’pajjiżna

Aqra wkoll

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna lbieraħ filgħaxija mexxa l-ordinazzjoni ta’ Jean-Paul Mutombo Matala mill-Ordni Salesjan fl-Oratorju Salesjan Tas-Sliema bħala saċerdot ġdid. Fr Jean-Paul Mutombo Matala għandu 31 sena, huwa mir-Repubblika tal-Kongo u ilu jgħix f’Malta mill-2017.

Fl-omelija l-Arċisqof awgura lis-saċerdot li jħossu milqugħ fostna u staqsieh jitlob li jkun dejjem dixxiplu ta’ Ġesù bħal Dun Bosco: “ta’ qalb ħelwa u umli” u ħeġġu jħalli lil Ġesù jinkurunah “b’qalb tajba u bil-mogħdrija mhux biss għall-ġid tiegħek imma speċjalment għall-ġid ta’ dawk kollha li se jiltaqgħu miegħek u jiltaqgħu ma’ Ġesù, fik u permezz tiegħek”.

Mons. Arċisqof żied qal, “Aħna lkoll żgħar ħafna. Il-Mulej sejħilna għall-affarijiet kbar u ejjew bl-umiltà nammettu li għandna bżonnu biex hu jkun dak il-patt tal-ħniena għax huwa Alla fidil li jżomm il-patt tal-ħniena tiegħu mal-poplu tiegħu. U nitolbu biex insiru dan il-patt ħanin, din il-laqgħa ħanina ta’ Alla mal-poplu tiegħu. Jalla kulma tgħid, u kulma tagħmel, iwassal dan il-patt ħanin lill-poplu ta’ Alla.”

Ekonomija

Sport