Sunday, November 24, 2024

Ordnata l-estradizzjoni ta’ Ungeriż imfittex f’pajjiżu biex jiskonta piena fuq serq

Aqra wkoll

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ordnat li jiġi estradit Ungeriż ta’ 43 sena li kien qed jiġi mfittex minn pajjiżu biex jiskonta piena ta’ tliet snin ħabs fuq serq.

Istvan Kovacs bħalissa qed jiskonta piena ta’ 37 xahar ħabs wara li fis-27 ta’ Lulju li għadda nstab ħati, fuq ammissjoni tiegħu stess, li seraq ġojjellerija minn residenza f’San Pawl il-Baħar.

Minbarra l-ħabs, huwa kien tpoġġa taħt ordni ta’ trattament għal perjodu ta’ tliet snin biex jindirizza l-problema tal-alkoħol u kien ordnat iħallas lis-sidien tar-residenza €3,000 biex jagħmel tajjeb għall-flus u l-oġġetti li serqilhom.

Sadanittat, fil-konfront tiegħu, l-awtoritajiet Ungeriżi kienu ħarġu żewġ mandati ta’ arrest, b’wieħed mill-mandati kien jgħid li Kovacs kien imfittex biex jiskonta piena ta’ tliet snin ħabs fuq serq.

Fit-tieni mandat, li nħareġ f’Mejju tal-2022, ingħad li huwa kien qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet ta’ pajjiżu biex jiġi investigat fuq allegat traffikar ta’ droga.
Il-Maġistrat Frendo DImech ordnat li għalissa ma jiġix estradit peress li l-liġi tagħti sebat ijiem ċans biex jappella.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Spiteri.

Sport