Sunday, November 10, 2024

Ordnata tħallas pagamenti tal-kustodja ta’ bintha lir-raġel li kien stupraha

Aqra wkoll

Mara ta’ 32 sena mill-Istati Uniti ġiet ordnata li tħallas il-kustodja tat-tifla lir-raġel li kienet qalet sfurzaha biex ikollhom x’jaqsmu flimkien meta kellha 16-il sena. Crysta Abelseth kienet għadha taħt l-età meta John Barnes ħariġha tqila lura fl-2005. 

Minħabba li l-liġi tal-kunsens hija ta’ 17-il sena, dan il-każ tqies bħala stupru statutorju għax il-mara kienet għadha taħt l-età għalhekk ma kinitx legalment kapaċi li tagħti l-kunsens tagħha għas-sess.

Il-mara dejjem saħqet li hija ġiet stuprata wara li hu offra biex iwassalha d-dar wara lejl barra flimkien. Iżda minflok ħadha d-dar tiegħu u stupraha fuq is-sufan. 

Fl-2011 ħajjitha nqalbet ta’ taħt fuq meta bintha kellha ħames snin. L-istess raġel sar jaf li wara dak li għadda bejniethom kienet ħarġet tqila u b’hekk beda jippersisti li jieħu l-kustodja tat-tifla u joħodha tgħix miegħu. 

Wara li sar DNA u t-test ikkonferma li hu kien il-missier, Il-kustodja nqatgħet nofs bin-nofs avolja t-tifla kienet ġiet bi stupru. 

Riċentament, ir-raġel ingħata l-kustodja sħiħa u l-mara appellat biex terġa’ tinstema’ l-kawża biex jinbidlu d-drittijiet li hu għandu fuq binthom.  

L-LFASA, fondazzjoni li tieħu ħsieb lil dawk il-persuni li jkunu għaddew minn xi stupru qalet li dan kien każ ċar ta’ stupru u għalhekk ir-raġel qatt ma jista’ jkollu l-kustodja tat-tifla. 

Sport