Sunday, November 24, 2024

Ordni ta’ probation għal żagħżugħ li nstab li kellu 9 pjanti tal-kannabis

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Polonja u li joqgħod San Pawl il-Baħar tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal sena u ngħata multa ta’ €900 wara li nstab li kellu iktar minn ħames pjanti tal-kannabis.

Fil-Qorti, instema kif Igor Levinski kien mixli li fit-8 ta’ April li għadda, kellu madwar disa’ pjanti fil-pussess tiegħu u li kellu wkoll xi droga oħra tal-ecstasy.

Fil-Qorti instema’, kif fl-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, seħħ agument bejn l-imputat, li kellu żewġt iħbieb miegħu u raġel li kien qed ipejjep il-kannabis. Il-Prosekuzzjoni mmexxxija mill-Ispettur Francesca Calleja spjegat r-raġel kien qiegħed jagħmel dan fil-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Spjegat ukoll kif il-Pulizija irnexxielha tarresta ż-żewġt irġiel u li minn tfittxija illi saret fir-residenza tal-akkużat, instab illi kellu disa’ pjanti tal-kannabis, li kienu qegħdin jintużaw għall-kultivazzjoni.

Min-naħa tagħha, id-Difiża mmexxija mill-Avukat Joseph Calleja Parnis argumentat li l-akkużat kellu ħafna pjanti, minħabba l-fatt li mingħand mn xtraha kien qallu li dawn it-tip ta’ pjanti jmutu malajr.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Leonard Carauna poġġa liż-żagħżugħ taħt ordni ta’ probation għal sena u ġie ordnat sabiex iħallas multa €900.

Sport