Sunday, November 17, 2024

Organizzat b’suċċess il-Major ta’ Bologna fl-Italja 2023

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organizzat il-Major ta’ Bologna fl-Italja 2023.

It-tim ta’ Valletta Subbuteo Club kien magħmul mill-Captain Samuel Bartolo, Mark Gauci, Christophe Dheur, Angelo Borg u Joseph Mifsud.

Is-Sibt kien hemm il-kategoriji individwali.  Fil-kategorija Open, Samuel Bartolo wasal sal-kwarti tal-finali.  Bartolo lgħab kontra t-taljan Alessandro Amatelli u tilef bl-iskor ta’ 3-2.  Mark Gauci u Christophe Dheur waslu sal-aħħar 32.  Joseph Mifsud lgħab fil-kategorija tal-veterani, imma sfortunatament m’għadiex mill-grupp.

Il-Ħadd, Valletta SC kienu qed jipparteċipaw fil-kompetizjonijiet tat-timijiet.  Valletta SC għaddew it-tieni mill-grupp, lgħabu l-play off kontra t-tim ta’ Napoli fighter u rebhu 2-1.  Valletta Subbuteo Club waslu sal-kwarti tal-finali, fejn lgħabu kontra t-tim Reggio Emilia u tilfu 3-1.

Valletta Subbuteo Club ser jkunu qed jorganiżżaw l’ FISTF Golden Grand Prix ta’ Malta 2023.  Dan it-turnament qed jiġi organizat fl-għeluq il 35th anniversarju tat-tim. Dan it-turnament ser jkun fl-20 u 21ta’ Mejju 2023 – Societa’ Filarmonica Nazionale La Vallette mit- 8.30am il-quddiem. Dhul B’xejn.

Ekonomija

Sport